Taħżiż 6 Live-In  22/10/2018
Taħżiż 6 Live-In

L-aħħar sessjoni ta’ kitba kreattiva ta’ Taħżiż 6 seħħet fi tmiem il-ġimgħa li għadda fil-hostel taż-żgħażagħ ta’ Aġenzija Żgħażagħ f’Marsaxlokk.


Il-Ġimgħa filgħaxija kien hemm eżerċizzju introduttiv fejn il-parteċipanti setgħu jisfidaw lilhom infishom jiktbu minkejja ċerti limiti li jimponu fuqhom infushom.

Is-Sibt kien hemm żewġ sessjonijiet mal-awturi Immanuel Mifsud u Noel Tanti dwar il-proċess tal-kitba (is-Sibt).

Is-Sibt filgħaxija Margerita Pulè mexxiet sessjoni marbuta mal-mixi barra l-hostel, fil-bqija ta' Marsaxlokk.

Din kienet l-aħħar sessjoni ta' kitba kreattiva. Is-sessjoni li jmiss se tkun qed tiffoka aktar f' taħriġ fil-qari fil-pubbliku, bi tħejjija għat-tnedija.